Lit-Torri ta’ Kemmuna

7635609346_d58f2e4290_o

Lit-Torri ta’ Kemmuna

Wieqaf, b’sahhtek, sod u gholi.
Hemm fuq il-quccata tal-irdum,
mibni sabiex tara u tidher:
l-ghassies tal-fliegu.

Hemm min jghid li isem artek,
gej mill-kelma Gharbija kemmen,
li tfisser tahbi jew mohba.
Fi xtutha, qalb il-blatiet ta’ tahtha, fl-gherien taghha,
kienu jistennew il-furbani,
sabiex jahsdu lil min qed jaqsam bejn gzira w ohra.

Ghalhekk bnewk.
Biex tgerrex lill-furbani
u twissi dwar l-ghawg li tara jersaq
minn fuq ix-xefaq.
U darek ma baqghetx mohba.
U isimha gie mifxul, minn dawk li ma jafux grajjieta,
maz-zrieragh tal-kemmun

Illum is-sibi ta’ dari ntemm.
Minflok, ix-xtut ta’ gzirtek jilqghu
invazuri mod iehor.
Eluf fuq eluf ta’ turisti,
imwaddba bla hniena minn furbani moderni fuq il-blat gheri u x-xaghri safi taghha,
sabiex jghumu fl-ibhra jsahhru li jdawwruha.

Imma inti bqajt sieket.
Tosserva u tinjora dak kollu ta’ tahtek.
Bhallikieku mhux qed isehh.
Arroganti, mkabbar, indifferenti.
Tiftakar fi zmienijiet ohra meta ma kontx biss fdal mill-passat.

Tlajt narak il-boghod mill-folol,
u mieghek qattajt nofs siegha nhares madwari.
Fil-kwiet tax-xaghri jfewwah bis-saghtar,
fuq art mhux mittiefsa,
fil-gholi, maqtugh minn dawn iz-zmienijiet.

U mieghek qsamt is-solitudni.
U jkolli nistqarr li meta ftakart fil-genn
u l-ghaggla u l-giri sfrenat ta’ hajjti.
Ghirt ghalik u xtaqt li bhalek,
Inrabbi l-gheruq f’post wiehed u hemm insorgi,
Ma dawk li nhobb u li jhobbuni,
minflok inkompli nigri w naghqad,
bhal ruh mitlufa minghajr sabar.

Beijing, 16 ta’ Ottubru 2012

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s